Nieħdu Ħsieb Saħħitna

Għanskin-healthy-food
Biex inħeġġu t-tfal jieklu u jixorbu affarijiet tajbin għal saħħithom.

Persuni Involuti
Ġenituri, kustodji u studenti.

Persuni Inkarigati
Kap tal-Iskola, Assistent Kap, għalliema u LSEs tal-iskola Primarja Xgħajra

POLICY

I. Dikjarazzjoni

Ir-rata t’obeżita` f’Malta hija għolja ħafna. Għalhekk, huwa importanti ħafna li uliedna jitgħallmu minn kmieni jieħdu ħsieb saħħithom billi jieklu ikel addattat u jixorbu xarbiet li ma jagħmlulhomx ħsara. Il-ġenituri/ kustodji jistgħu jgħinuhom jagħmlu dan billi jinkoraġġuhom inaqqsu mill-affarijiet ħelwin u mil-luminati.

II. Proċedura: Ikel

A. L-iskola ma jistgħux jinġibu kejkijiet, sponges, cereal bars, ħelu, ċikkulata jew pakketti.
Jista’ jinġib ħobż, pasta jew rice salad, torti żgħar, wraps, ħaxix u frott. Dawn  għandhom ikunu ġo lunchbox biex jiġi evitat użu żejjed ta’ boroż tal-plastik  jew karti.

B. Jekk l-ikel li jġibu t-tfal ma jkunx kif suppost, il-ġenituri/kustodji
jiġu infurmati u mitluba jirranġaw dan in-nuqqas

III. Proċedura: Xorb

Matul il-jum tal-iskola it-tfal jistgħu jixorbu ilma biss.

1. Jekk it-tfal ma jkollhomx ilma, l-ewwel ġurnata jingħataw ilma
mill-iskola.

2. Il-ġenituri/kustodji jirċievu nota biex tispjegalhom li x-xorb li
kellhom uliedhom ma kienx addattat u biex jieħdu ħsieb jimxu
mar-regoli tal-iskola.

3. Din in-nota trid tiġi ffirmata u rritornata l-iskola l-għada.

4. Jekk it-tfal jerġgħu jġibu xorb li mhux permess bħal luminata,
juice jew iced tea, l-amministrazzjoni ċċempel lill-ġenituri/
kustodji biex iġibu l-ilma lit-tfal tagħhom.

Konklużjoni

It-tfal jidraw jieklu u jixorbu dak li hu tajjeb għal saħħithom. B’hekk inaqqsu r-riskju ta’ obeżita u mard tul ħajjithom.