Għeżież ġenituri/kustodji,
Din is-sena l-attivitajiet taċ-Ċelebrazzjoni se jkunu maqsumin fuq tlett ijiem:
16 ta’ Diċembru fl-10.30 – Kinder 1 u Kinder 2
19 ta’ Diċembru fl-10.30 – Year 1, Year 2 u Year 3
20 ta’ Diċembru fl-10.30 – Year 4, Year 5 u Year 6
L-iskola ħasbet biex ittella’ spettaklu wieħed li jgħaqqad lit-tfal tas-snin kollha flimkien. Għalhekk it-tfal se jkunu qed jieħdu sehem tliet darbiet. It-tfal kollha se jingħataw ċertifikat ta’ mertu skont id-dati imsemmija hawn fuq. Intom mistiedna li tattendu għaċ-Ċelebrazzjoni skont f’liema sena jattendu t-tfal. Żewġ membri tal-familja biss jistgħu jattendu l-iskola dakinhar taċ-Ċelebrazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ spazju fis-sala tal-iskola. Ħadd ma jitħalla jidħol mingħajr biljett. Huwa importanti li tieħdu ħsieb il-biljetti għax ma tingħatawx oħrajn.
It-tfal għandhom jilbsu l-kostum minflok l-uniformi f’dawn il-ġranet:
14, 16, 19 u 20 ta’ Diċembru
Se jkun hemm fotografu biex jieħu r-ritratti.
Importanti li biex inżommu l-ordni u nuru rispett lejn it-tfal, kulħadd għandu jiġi fil-ħin u ħadd ma jitlaq qabel ma jispiċċa l-programm kollu.



