Nota rigward ċertifikati

14 ta’ Marzu 2023

Għeżież ġenituri/kuraturi,

Nerġa’ nfakkarkom li hemm bżonn ta’ ċertifikat mediku jekk it-tfal ikunu morda għal aktar minn jumejn. Dan iċ-ċertifkat għandu jkollu d-data ta’ meta huma tajba biex jirritornaw l-iskola – Fit for School. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun ippreżentat lill-iskola sa mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li t-tfal ikunu rritornaw l-iskola. Il-Medical Record Card għandha tkun ippreżentata maċ-ċertifikat mediku. Ma jiġux aċċettati ċertifikati tard.

Tfal li ma jattendux l-iskola jkunu mmarkati assenti sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni bil-miktub lill-iskola. Din tista’ tkun email jew nota bil-miktub iffirmata minnkom.

Tfal li jsiefru waqt il-jiem tal-iskola jkunu mmarkata assenti ħlief jekk is-safar isir minħabba raġunijiet mediċi, żwieġ, funerali, tiġdid ta’ visas jew żjarat kulturali. F’dawn il-każijiet l-iskola għandha tkun ipprovduta bid-dokumenti bħala evidenza.

Jekk ikollkom diffikultà jew ikollkom bżonn tiċċaraw xi ħaġa ikkuntatjaw l-iskola.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

A. Debattista

Kap tal-Iskola

—————————————————————————————————————

14th March 2023

Dear parents/carers,

Kindly note that a Fit for School medical certificate is required if the child is sick for more than two days. It is important that the medical certificate is presented to the school by not later than the third day following the child’s return to school. The Medical Record Card needs to be presented with the medical certificate. Late certificates will not be accepted. 

Children who do not attend school will be marked absent unless a valid written justification for their absence is given to the school. This can either be an email or a signed written note.

Children who travel abroad during school days will be marked absent except in case of medical reasons, weddings, funerals, renewal of visas and cultural visits. In such cases the school needs to be provided with documentary evidence.

In case of difficulties or need of any clarifications do not hesitate to contact the school.

Thank you for your cooperation.

A. Debattista

Head of School

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.