Għan 
Biex inħeġġu lit-tfal jaslu l-iskola qabel tibda l-Assembly
Persuni Involuti
Ġenituri, Kustodji u Studenti
Persuni Inkarigati
Amministrazzjoni u għalliema tal-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Primarja Xgħajra
POLICY
Dikjarazzjoni
Il-ġurnata tal-iskola tibda bil-laqgħa ta’ filgħodu fejn tingħad talba, tingħata informazzjoni importanti fuq xi jkun qed jiġri u jinħolqu opportunitajiet biex it-tfal jindirizzaw lil sħabhom. Għalhekk importanti li kulħadd ikun l-iskola ftit qabel tibda din il-laqgħa ta’ kuljum, iġifieri ftit qabel it-tmienja.
Proċedura
A. Tfal li jaslu qabel it-tmienja jidħlu fil-foyer u jinġabru biex mad-daqq tal-qanpiena, tingħad it-talba.
B. Tfal li jaslu wara li tkun bdiet it-talba jridu jistennew fid-daħla tal-bieb sakemm tispiċċa t-talba.
1. Membru tal-amministrazzjoni, jew għalliem fin-nuqqas ta’ dawn, jieħu nota tal-ismijiet tat-tfal u l-klassi fuq reġistru apposta.
2. Wara t-tielet darba, it-tfal ikollhom joqogħdu 5 minuti mill-brejk bilqiegħda. Dan il-ħin jista’ jitwal jekk jibqgħu jiġu tard ta’ sikwiet.
3. Jekk ikun każ fejn tfal jaslu tard ta’ spiss, l-amministrazzjoni tibgħat għall-ġenituri/kustodji biex tiġi diskussa din il-problema.
Konklużjoni
It-tfal jibdew jaslu l-iskola fil-ħin u jitgħallmu l-importanza tal-puntwalita` li tibqa’ tiswiehom tul ħajjithom.



