Għan
Biex il-ġenituri jkunu moqdija aħjar
Appoġġ għall-Policy
Il-Kap tal-iskola u l-assistenti Kapijiet 
Persuni Involuti
Ġenituri, Kustodji u l-istaff tal-iskola
Persuni Inkarigati
Amministrazzjoni u għalliema tal-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Primarja Xgħajra
POLICY
Għal aktar ordni u serjeta`
Kodiċi ta’ Imġiba
1. Appuntamenti
· Ġenituri li jkollhom diffikultajiet jistgħu jinqdew bit-telefon fuq in-numru 25985160.
· Ġenituri li jixtiequ jkellmu lill-kap tal-iskola jistgħu jagħmlu dan bejn it-8:30 u 9:30 kuljum jew b’appuntament għal ħin ieħor.
· Ġenituri li jixtiequ jkellmu lil xi għalliema għandhom jitolbu l-permess tal- kap tal-iskola biex jagħmlu appuntament. Ħadd ma għandu l-permess ikellem għalliema qabel jew wara l-ħin tal-iskola.
· Ħadd ma jista’ jidħol l-iskola mingħajr il-permess tal-kap tal-iskola.
· Il-ġenituri huma mistennija jiġu l-iskola lebsin xieraq.
· Waqt attivitajiet organizzati, il-ġenituri huma mitluba li jġibu rwieħhom tajjeb.
· Il-ġenituri kif ukoll it-tfal għandhom juru rispett lejn l-istaff kollu tal-iskola.
2. L-Uniformi tagħtina identita
L-istudenti għandhom jiġu bl-uniformi sħiħa tal-iskola, u bil-PE kit skont ma tgħidilhom l-għalliema.
· Hu mistenni li t-tfal kollha jiġu lebsin l-uniformi kompluta.
· Min għal xi raġuni ma jiġix bl-unformi sħiħa kif suppost għandu javża u jagħti r-raġuni bil-miktub lill-kap tal-iskola u hu mistenni li jiġi bl-uniformi kompluta mill-għada.
3. Kun għaf li
· Mobiles u affarijiet oħra ta’ valur mhux permess li jinġiebu l-iskola jew f’ħarġiet.
4. Meta noħorġu barra mill-iskola
· Kull student irid ikollu l-consent form mimlija u ffirmata mill- ġenituri/kustodji. F’nuqqas ta’ dan l-istudent ma jitħalliex joħroġ mill-iskola. Mhux se jiġi aċċettat kunsens bil-fomm.
· Jekk jintalab xi ħlas għall-ħarġa, dan għandu jintbagħat mal-consent form.
· Dakinhar tal-ħarġa l-istudenti jridu jilbsu l-uniformi jew il-P.E.Kit skont kif indikat fil-consent form.
· L-istudenti għandhom jieħdu lunch magħhom.
· It-tfal li ma jkunux sejrin il-ħarġa, jintbagħtu fi klassi oħra.
Niftakru li fil-ħinijiet tal-iskola l-għalliema għandhom ir-responsabbilta` tat-tfal. Għalhekk kulħadd jirrispetta d-deċiżjonijiet li jittieħdu min-naħa tal-iskola għall-ġid ta’ kulħadd.



